25/06/2026
Nixtiequ ninfurmaw lir-residenti li nhar il-Ġimgħa, 26 ta' Ġunju 2026, se jitkompla l-programm ta' ħasil tat-toroq f'żoni oħra madwar il-Belt Valletta.
Din id-darba, ix-xogħol se jsir fiż-żoni ta' San Duminku u d-Due Balli.
Nirringrazzjaw lir-residenti kollha tal-koperazzjoni tagħhom hekk kif inkomplu naħdmu flimkien biex inżommu l-Belt Valletta aktar nadifa u sabiħa.
23/06/2026
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kellu l-unur jilqa’ delegazzjoni uffiċjali miċ-Ċina.
Id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Viċi President tal-Chinese People's Association for Friendship with Foreign Countries, is-Sur Liu Xiagdeng, flimkien mad-Direttur taċ-Chinese Cultural Centre, Dr Chen Xiao.
Matul il-laqgħa ddiskutejna r-relazzjonijiet bejn il-Belt Valletta u l-komunità Ċiniża, kif ukoll opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni futura, inkluż il-ħidma tal-Belt fi ħdan il-World Tourism Cities Federation u r-relazzjonijiet tagħha mal-belt ta’ Chengdu.
Dawn il-laqgħat ikomplu jsaħħu r-rabtiet ta’ ħbiberija u kooperazzjoni internazzjonali, filwaqt li joħolqu opportunitajiet ġodda għall-komunitajiet tagħna. 🤝
22/06/2026
📚 REMINDER – REVISION CLASSES GĦALL-ISTUDENTI TAL-PRIMARJA 📚
Infakkru lill-ġenituri li l-applikazzjonijiet għar-Revision Classes għall-istudenti tal-Primarja għadhom miftuħa.
✅ L-istudenti ser jiġu mqassma skont l-età tagħhom
✅ Attenzjoni individwali lil kull student
✅ Postijiet limitati
✅ Handouts disponibbli bi ħlas ta’ €10
✅ Id-dati tal-lezzjonijiet jitħabbru aktar ’il quddiem
📞 Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistraw, ċemplu 2247 9415.
📚 REVISION CLASSES GĦALL-ISTUDENTI TAL-PRIMARJA 📚
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser ikun qed jorganizza Revision Classes għall-istudenti tal-Primarja.
🖍️ L-istudenti ser jiġu mqassma skont l-età tagħhom
🖍️ Ser tingħata attenzjoni individwali lil kull student
🖍️ Postijiet limitati
🖍️ Handouts disponibbli bi ħlas ta’ €10
🖍️ Id-dati tal-lezzjonijiet jitħabbru aktar ’il quddiem
📞 Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistraw, ċemplu fuq 2247 9415.
⏳ L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-22 ta’ Ġunju 2026.
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jinvesti fil-futur tat-tfal tagħna permezz ta’ inizjattivi edukattivi ta’ kwalità. 🎓✨
17/06/2026
🧹🚧 TINDIF TAT-TOROQ 🚧🧹
Din il-ġimgħa, ix-xogħlijiet se jiffukaw fuq iż-żona tal-Knisja tal-Karmnu u l-inħawi tal-madwar. It-tindif tat-toroq se jsir nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju 2026, kmieni filgħodu 🌅.
👇🗺️ Hawn taħt issibu l-mappa tat-toroq li huma skedati biex jinħaslu.
09/06/2026
🌃 Xogħlijiet matul il-lejl: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (8 -1 2 ta' Ġunju 2026) 🕗 kull lejl mit-8pm sal-5am, parti minn Triq l-Assedju l-Kbir, il-Belt Valletta se tkun magħluqa ⛔ għal xogħlijiet t'asfalt. ⚠️ Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u uża rotta alternattiva minn Triq Ġirolomu Cassar jew Xatt il-Barriera biex tivjaġġa minn u lejn il-Belt Valletta. Grazzi tal-koperazzjoni.
🗺️ Mappa: https://bit.ly/TheGreatSiegeRdVallettaJune26
07/06/2026
Is-Sindku tal Olaf McKay flimkien mal-Vici Sindku, Kunsilliera, Segretarju Esekuttiv u membri tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, jawguraw il-Festa it-tajba lill-Maltin u lill-Beltin kollha fl-okkazjoni tal-Festa Nazzjonali ta' Sette Giugno 1919. 🇲🇹
⚪️🔴
06/06/2026
✨ Il-Belt Valletta se tiddi mill-ġdid! ✨
📅 Nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju, Museums by Candlelight se jiftaħ il-bibien ta’ sitt siti storiċi madwar il-kapitali għal €6 biss. Ibqa' affaxxinat fil-Palazz tal-Gran Mastru, ammira l-kapolavur ta’ Caravaggio fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, skopri sekli ta’ espressjoni artistika f’MUŻA, u ħafna aktar.
Matul il-lejla, mużika live, re-enactments storiċi u suq artiġjanali se jkomplu jżidu mal-atmosfera u joħolqu esperjenza memorabbli fil-qalba tal-Belt Valletta.
🎟️ Aqta’ l-biljetti tiegħek illum: https://heritagemalta.mt/.../museums-by-candlelight.../
05/06/2026
📚 REVISION CLASSES GĦALL-ISTUDENTI TAL-PRIMARJA 📚
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser ikun qed jorganizza Revision Classes għall-istudenti tal-Primarja.
🖍️ L-istudenti ser jiġu mqassma skont l-età tagħhom
🖍️ Ser tingħata attenzjoni individwali lil kull student
🖍️ Postijiet limitati
🖍️ Handouts disponibbli bi ħlas ta’ €10
🖍️ Id-dati tal-lezzjonijiet jitħabbru aktar ’il quddiem
📞 Għal aktar informazzjoni jew biex tirreġistraw, ċemplu fuq 2247 9415.
⏳ L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-22 ta’ Ġunju 2026.
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jinvesti fil-futur tat-tfal tagħna permezz ta’ inizjattivi edukattivi ta’ kwalità. 🎓✨